NEPTUNES BEST GYMS………… 17
SIRENS BUILD FITNESS…………. 7
(4-1), (3-4), (5-0), (5-2)
Neptunes Best Gyms għamlu dak mistenni minnhom, għelbu lil Sirens Build Fitness 17-7 u aċċertaw mir-rebħ tat-Tazza tal-President. Dan kien l-għaxar suċċess tagħhom f’din il-kompetizzjoni u l-ewwel wieħed mill-2019. Din l-edizzjoni kienet differenti minn dawk passati hekk kif għall-ewwel darba, il-kompetizzjoni ntlagħbet bejn erba’ timijiet minflok żewġ timijiet kif kien tradizzjonalment.
It-tim ta’ Aleksander Ciric wera l-intenzjonijiet mill-bidu u fetaħ vantaġġ ta’ erba’ gowls, b’Gergo Zalanki jiskorja tnejn minnhom. Sirens daħlu fil-logħba u fit-tieni sessjoni qatgħu d-distakk għal 4-3, b’Neptunes iżommu distakk minimu tul is-sessjoni.
Neptunes serrħu rashom mit-tliet punti fit-tielet sessjoni hekk reġgħu żiedu l-livell fil-prestazzjoni u skorjaw ħames gowls mingħajr risposta b’doppjetta ta’ Stevie Camilleri u gowls minn Sam Gialanze, Gergo Zalanki u Julian Valletta. Huma kkontrollaw l-aħħar sessjoni u saħansitra kabbru l-marġni tar-rebħa. Fi tmiem il-logħba, il-President tal-ASA Karl Izzo ppreżenta t-trofew lill-captain ta’ Neptunes Stevie Camilleri li b’altruwiżmu għadda t-trofew lill-Kit Manager storiku Raymond Spiteri.
Neptunes: M. Castillo, S. Gialanze (1), G. Zalanki (6), L. Mallia, J. Camilleri (1), J. Valletta (1), S. Camilleri (4), M. Castillo (1), B. Schranz, J. Bajada (2), A. Fenech, M. Azzopardi (1), M. Rossi, E. Mallia
Sirens: J. Parnis, P. Serracino, N. Bicari (3), P. Borg, J. Cachia, K. Agius, M. Ortoleva (1), I. Riolo (2), J. Zerafa Gregory, M. Sciberras, Z. Mizzi, G. Farrugia (1), M. Bonello DuPuis, G. Pace
Referees: Angelo Petraglia, Ronnie Spiteri
SLIEMA FRANK SALT…………..….. 14
SAN ĠILJAN MAA DAIKIN……… 16
(4-1), (4-6), (3-6), (3-4)
B’Neptunes deċiżi bħala r-rebbieħa tat-Tazza tal-President, il-logħba bejn iż-żewġ timijiet naqqset mill-importanza tagħha. San Ġiljan MAA Daikin ikkuntentaw bit-tieni post wara li rkupraw minn bidu kajman u għelbu lil Sliema Frank Salt 16-14.
Sliema kellhom vantaġġ ta’ 4-0 sa żewġ minuti minn tmiem l-ewwel sessjoni u sa dak il-ħin kollox deher faċli. Rimonta Ġiljaniża wasslet biex sa kważi nofs it-tieni sessjoni għamlu l-iskor 5-5. Il-logħba reġgħet infetħet iżda Sliema xorta b’xi mod baqgħu fil-vantaġġ u daħlu jistrieħu 8-7.
Iż-żewġ timijiet baqgħu telgħin ma’ xulxin fit-tielet sessjoni u kien il-gowl tal-10-9 ta’ Jake Bonavia li poġġa lil San Ġiljan fil-vantaġġ għall-ewwel darba madwar żewġ minuti u nofs mit-tmiem tas-sessjoni.
Hawn kien imiss lil Sliema li jwieġbu mal-gowls tal-avversarji u San Ġiljan irnexxielhom jibdew l-aħħar sessjoni 12-11. Il-mument deċiżiv seħħ lejn nofs is-sessjoni b’doppjetta ta’ Jeremy Abela u gowl ta’ Nikolai Zammit li taw vantaġġ ta’ 15-12 lill-Ġiljaniżi u minn hemm ikkontrollaw sat-tmiem.
Sliema: N. Grixti, E. Schembri (2), L. Galea (3), J. Gambin (2), J. Cassar, B. Cachia, J. Cutajar, D. Rizzo (1), J. Chircop, A. Galea, A. Vlachopulos (3), D. Zammit (3), B. Busuttil, S. Engerer
San Ġiljan: J. Tanti, D. Bugeja, D. Tully, R. Caruana, A. Younger (4), J. Bonavia (1), B. Plumpton (3), J. Abela (3), N. Zammit (4), D. Zammit (1), N. Schiavone, Z. Attard, G. Bonavia
Referees: Federico Braghini, Massimo Angileri
PREMIER PROMOTION CUP
VALLETTA PEAK INSURANCE…. 21
BIRŻEBBUĠA ASC……………………. 16
(4-7), (6-3), (4-4), (7-2)
Nifs twil għal Valletta Peak Insurance wara li għal ħafna ħin dehru li setgħu jitilfu l-aħħar post għad-dispożizzjoni fil-Kampjonat Premier. Il-prestazzjoni tal-Beltin ma kinitx brillanti u ppermettew lill-avversarji biex ikunu fil-logħba għal ħafna ħin. Kien biss fl-aħħar sessjoni li ħarġet id-differenza. 0
Birżebbuġa bnew vantaġġ doppju u wara li Valletta rkupraw u għamlu l-iskor 4-4, Birżebbuġa skorjaw tliet gowls konsekuttivi lejn tmiem l-ewwel sessjoni u spiċċawha 7-4. Dan id-distakk ġie annullat fl-ewwel kwart tat-tieni sessjoni iżda ma rnexxielhomx jieħdu l-vantaġġ. Birżebbuġa ħadu vantaġġ ta’ gowl tliet darbiet iżda l-Beltin wieġbu kull darba.
Valletta marru fuq quddiem għall-ewwel darba permezz ta’ Jacob Sciberras sakemm Birżebbuġa ħadu vantaġġ ta’ 14-12. Madankollu gowls minn Max Zammit u Jacob Sciberras ħallew kollox għall-aħħar sessjoni. Hawn Valletta għollew il-livell u rnexxielhom jaċċertaw mir-rebħa b’ħames gowls konsekuttivi u kkontrollaw l-aħħar minuti.
Valletta: A. Bugeja, M. Mifsud (4), M. Carani, J. Sciberras (2), S. Busuttil (1), J. Colombo, M. Zammit (1), I. Nagaev (7), K. Borg (1), K. Erdogan (3), M. Chircop (2), K. Cremona, G. Borg
Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina (4), M. Cassar, N. Bursac (4), J. Ciantar (2), I. Galea, J. Abdilla, N. Saliba (1), D. Farrugia, M. Cutajar, M. Mannino (2), N. Bugelli (2), S. Livori, J. Saliba (1)
Referees: Federico Braghini, Stefan Licari
//= $special ?>