Is-seed numru tnejn fid-dinja Carlos Alcaraz għeleb lil Jiri Lehecka sabiex rebaħ it-tieni titlu f’The Queen’s Club.
Alcaraz għeleb lil Lehecka 7-5 6-7 6-2 biex rebaħ l-21 titlu fil-karriera tiegħu hekk kif sab sfida iebsa minn Lehecka li huwa wieħed minn ħames tennisti li rnexxielu jegħleb lil Alcaraz matul din is-sena.
Fis-semifinali, Lehecka għeleb lil Jack Draper fejn minkejja li fl-ewwel set sabha diffiċli sabiex jadatta għar-ritmu tal-Alcaraz, hu rkupra u rebaħ it-tieni set. It-tennista Spanjol minn naħa tiegħu wera l-kapaċitajiet tiegħu fit-tielet set fejn rebaħ bl-aktar mod komdu 6-2.
Din kienet it-18-il rebħa konsekuttiva għal Alcaraz u l-ħames titlu matul din is-sena hekk kif dan iservi bl-aqwa mod sabiex jirbaħ it-tielet titlu konsekuttiv f’Wimbledon.
//= $special ?>