Futbol Sport

Draw ta’ mingħajr gowls bejn River Plate u Monterrey

River Plate…………..0

Monterrey……………0

River Plate: F. Armani, G. Montiel, L. Quarta, P. Diaz, M. Acuna, K. Castano, E. Perez (M. Karnevitter 84′), G. Galoppo (I. Fernandez 71′), F. Mastantuono (G. Martinez 84′), F. Colidio, M. Meza (M. Borja 71′)

Monterrey: E. Andrada, E. Aguirre, S. Medina, S. Ramons, G. Arteaga, J. Corona (J. Rojas 64′), N. Deossa, J. Rodriguez (V. Guzman 79′), L. Ocampos (R. De la Rosa 64′), S. Canales (A. Alvarado 88′), G. Berterame (F. Ambriz 64′)

Referee: Salvko Vincic (Slovenja)

Draw ta’ mingħajr gowls bejn River Plate u Monterrey iħalli lit-tim mill-Arġentina fil-quċċata ta’ Grupp E flimkien ma’ Inter.

Monterrey fetħu b’mod tajjeb u ħarġu fuq l-offensiva u wara 13-il minuta Sergio Canales ra x-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa salvat minn Franco Armani.

Ftit qabel il-mistrieħ, River Plate b’ċans tad-deheb li jmorru fil-vantaġġ meta minn corner kien id-difensur Lucas Quarta li minn pożizzjoni tajba ferm xeħet barra.

Fis-66 minuta ċans ieħor għal River Plate bil-konklużjoni ta’ Franco Mastantuono kienet salvata minn Esteban Andrada. Fil-75 minuta, Andrada reġa kien strumentali b’save ieħor mill-viċin. Lejn it-tmiem, River Plate sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta tkeċċa Kevin Castano.