Futbol Sport

Fluminese b’rebħa mportanti kontra Ulsan Hyundai

(Ritratt: EPA)

Fluminese……………………..4

Ulsan Hyundai………………2

Fluminese: Fabio, Guga (S. Xavier 85′), T. Silva, J. Freytes, G. Fuentes, M. Martinelli (Nonato 59′), Hercules, J. Arias, Ganso (Everaldo 46′), K. Serna (Keno 59′), G. Cano (F. Bernal 85′)

Ulsan Hyundai: J. Hyeonwoo, K. Sang-woo (C. Seok-Hyun 63′), M. Trojak, K. Young,gwon, L. Jae-Ik (J. Woo-young 84′), G. Ludwigson, K. Seung-beom (Y. heo 84′), D. Bojanic (L. Chung-Yong 84′), L. Jin-hyun, W. Sang Um (M. Lacava 74′), E. Farias

Referee: Michael Oliver (Ingilterra)

Fluminese kisbu rebħa ta’ 4-2 fuq Ulsan Hyundai biex b’hekk l-aħħar partita tista’ tkun waħda deċiżiva f’dan il-grupp.

Kienu Fluminese li marru fil-vantaġġ wara 26 minuta permezz ta’ freekick dirett ta’ Jhon Arias. Ulsan Hyundai wettqu rimonta fl-ewwel taqsima u daħlu jistrieħu 2-1 fil-vantaġġ. L-ewwel kien Lee Jin-hyun li fis-37 minuta li kkonkluda minn pożizzjoni anoglata.

Eżattament qabel il-mistrieħ, Won-Sang um għamilhom 2-1 b’daqqa ta’ ras fil-baxx. Fit-tieni taqsima, Fluminese ħarġu mill-ewwel fuq l-offensiva u ġabu l-iskor indaqs fis-66 minuta permezz ta’ Nonato.

It-tim mill-Amerika t’Isfel mar fil-vantaġġ fit-83 minuta meta wara konfużjoni fil-kaxxa, kien Juan Freytes li kkonkluda mill-viċin. Fluminese għalqu l-partita fil-ħin mogħti żejjed permezz tas-sostitut Keno.