Internazzjonali

Il-Prinċep William jagħlaq 43 sena

Ritratt tal-Prinċep ta’ Wales mal-klieb tiegħu ttella’ fuq il-midja soċjali għall-għeluq sninu – hekk kif il-Prinċep għalaq 43 sena.

Ir-ritratt, li ttieħed f’Windsor aktar kmieni dan ix-xagħar, juri lill-Prinċep William mal-Cocker Spaniel tal-familja Orla, flimkien ma’ tliet puppies tagħha.

Il-messaġġ lejh kien indirizzat bl-imħabba, u ffirmat bl-ewwel ittri tal-ismijiet tal-Prinċipessa Catherine, it-tfal George, Charlotte u Louis u “l-puppies“, b’emoji ta’ pawprint.

Minbarra dan il-messaġġ, kien hemm messaġġ ukoll mill-Familja Rjali, flimkien ma’ ritratt tiegħu fejn kien qed ipoġġi fuq ħajt, li ttieħed meta żar lill-bdiewa f’Cornwall – fuq biċċa art li issa hija tiegħu.