Sergei Tikhanovsky, ir-raġel tal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Belarus, Svetlana Tikhanovskaya, inħeles mill-ħabs flimkien ma’ 13-il priġunier politiku ieħor.
Sergei, attivist, kien arrestat fl-2020 meta beda l-kampanja elettorali tiegħu kontra l-mexxej tal-Belarus, Alexander Lukashenko.
Il-priġunieri ttieħdu lejn il-Litwanja, fejn Sergei reġa’ ngħaqad ma’ Svetlana – li tgħix f’Vilnius wara li hi stess qattgħet 5 snin fil-ħabs.
Hi ħabbret din l-aħbar billi tellgħet vidjo tagħhom jgħannqu lil xulxin għall-ewwel darba mill-2020.
Din l-azzjoni minn Lukashenko, ma kinitx mistennija, iżda seħħet wara laqgħa bejnu u Keith Kellog, rappreżentant tal-Istati Uniti.
//= $special ?>