Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu ħabbar li tliet katavri tal-ostaġġi Iżraeljani ġew irkuprati minn Gaża.
Hu kkonferma li f’operazzjoni li saret ilbieraħ, ġew irkuprati l-katavri ta’ Yonatan Samrano, Ofra Kedar u s-Surġent Shai Levinson. Il-post eżatt ta’ fejn instabu għadu mhux magħruf.
Netanyahu rringrazzja lis-suldati u l-forzi armati Iżraeljani għall-kuraġġ u d-determinazzjoni tagħhom. Żied jgħid li l-kampanja biex jirkupraw l-ostaġġi kollha – kemm ħajjin kif ukoll mejtin – se tkompli, anke f’dawl tal-kunflitt attwali mal-Iran.
S’issa f’Ġunju, l-IDF irkupraw 8 katavri tal-ostaġġi Iżraeljani.
//= $special ?>