Futbol Sport

Juventus b’rebħa oħra kbira

(Ritratt: EPA)

Juventus………………………….4

Wydad Casablanca………..1

Juventus: M. Di Gregorio, P. Kalulu, N. Savona, L. Kelly, A. Costa (N. Gonzalez 72′), W. McKennie (T. Koopmeiners 46′), K. Thuram, A. Cambiaso, F. Conceicao (M. Locatelli 72′), K. Yildiz (F. Gatti 84′), R. Kolo Muani (D. Vlahovic 72′)

Wydad Casablanca: E. Mehdi Benabid, F. Moufi (S. Aziz Ki 87′), G. Oliveira, A. Boutouil (J. Harkass 78′), B. Johannes Meijers (S. Mwalimu 46′), M. Moufid, N. Amrabat, O. Zemraoui (C. Mailula 78′), E. Mehdi Moubarik, T. Lorch, S. Obeng (O. Al Somah 46′)

Referee: Hector Martinez Sorto (Honduras)

Juventus għal darb’oħra fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs skorjaw minn tal-inqas erba’ gowls meta għelbu lil Wydad Casablanca 4-1 wara li fl-ewwel partita għelbu lil Al-Ain 5-0.

Juventus fil-vantaġġ wara biss sitt minut meta l-konklużjoni ta’ Kenan Yildiz kienet devjata għal ġewwa minn Abdelmounaim Boutouil. It-tim ta’ Igor Tudor irdoppja fis-16-il minuta meta kienet konklużjoni mid-distanza ta’ Kenan Yildiz li sabet ir-rokna ta’ fuq tax-xibka. Risposta minn Wydad Casablanca hekk kif naqsu l-iskor fil-25 minuta permezz ta’ Thembinkosi Lorch.

Fit-tieni taqsima, Juventus ħarġu fuq l-offensiva u l-konklużjoni ta’ Andrea Cambiaso ħabtet mal-lasta. It-tim ta’ Juventus għamluhom 3-1 fid-69 minuta meta għal darb’oħra kien Kenan Yildiz li b’gowl spettakolari għamilhom 3-1.

Lejn it-tmiem Juventus skorjaw ir-raba’ gowl permezz ta’ penalty ta’ Dusan Vlahovic.