Is-Sibt filgħodu, l-Arċisqof Charles Scicluna mexxa quddiesa b’rabta maċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew tal-Festi Esterni fil-Konkratidal ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof Scicluna qal kif l-Ewkaristija mhijiex premju għat-tajbin, iżda hija l-mediċina u s-saħħa għalina l-bnedmin.
L-Arċisqof Scicluna kompla bili fakkar kif l-Ewkaristija hija l-ħobż li jagħtina l-enerġija biex nkomplu mixjin fit-triq tal-fidi.
Barra minn hekk, l-Arċisqof Scicluna ħeġġeġ lil kull wieħed u waħda minna biex meta niċċelebraw il-festi tradizzjonali tagħna, ma ninsewx li l-qofol tagħhom huwa dejjem Kristù u l-preżenza tiegħu fl-Ewkaristija.
Matul l-omelija, huwa sejjaħ lill-fidili kollha biex jitolbu b’qalb waħda għal dawk kollha li jagħtu ħinhom u l-ħiliet tagħhom bil-ġenerożità kollha għall-organizzazzjoni tal-festi.
Huwa fakkar wkoll biex niftakru fiż-żgħażagħ u fit-tfal tagħna, speċjalment għal dawk li fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jirċievu s-sagrament tat-Tqarbin għall-ewwel darba.
L-Arċisqof temm bili qal kif għadna nibqgħu nkunu komunita’ ħajja u magħqudin b’imħabba għal-Kristu.
//= $special ?>