Sport Sport Ieħor

Marc Marquez jirbaħ f’Mugello u jkompli jkabbar il-vantaġġ fil-klassifika

(Ritratt: EPA)

Marc Marquez rebaħ il-Grand Prix tal-Italja f’Mugello u b’hekk kompla jkabbar il-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika. Is-sewwieq ta’ 32 sena ta’ Ducati rebaħ ukoll l-isprint race tas-Sibt u b’hekk aċċerta mill-100 pole position.

Sa mill-bidu, Marquez, ħuh Alex Marquez u Francesco Bagnaia dehru li se jkunu f’kompetizzjoni għalihom hekk kif bidlu l-pożizzjonijiet bosta drabi. Fid-disa’ dawra, Marc Marquez irnexxielu jmur fuq quddiem fejn irnexxielu jżomm postu fuq quddiem b’mod komdu sat-tmiem.

B’hekk issa Marquez jinsab 40 punt fil-vantaġġ fuq ħuh. Din kienet l-ewwel rebħa għal Marquez fl-Italja sa mill-2014.

L-istaġun tal-Moto GP ikompli fi tmiem il-ġimgħa li ġej bil-Grand Prix tal-Olanda f’Assen.