L-attakki tal-Istati Uniti fuq is-siti nukleari tal-Iran kienu parti minn missjoni mill-aktar klassifikata li d-dettalji tagħha kienu jafu biha biss grupp żgħir u esklussiv ta’ Segretarji u konsulenti mal-President Amerikan Donald Trump.
Madankollu, is-Segretarju tad-Difiża Amerikan, Pete Hegseth, qed jipprova jwassal il-messaġġ li l-Istati Uniti mgħandhiex tinvolvi ruħha fi gwerra ‘interminabbli’ oħra fil-Lvant Nofsani….F’dan il-każ sitwazzjoni simili għal dak li seħħ snin ilu fil-każ tal-Iraq u meta l-Istati Uniti kienet mexxiet koalizzjoni militari f’missjoni biex teqred l-allegati armamenti nukleari tal-eksdittatur Saddam Hussein u li fil-fatt ma kenux jeżistu.
Fl-istess ħin, Hegseth, filwaqt li tkellem b’mod pożittiv ħafna dwar l-attakki fuq l-Iran, qal li l-President Trump kien enfasizza l-ħtieġa li Tehran ma jkollux aktar kapaċitajiet nukleari,, Messaġġ li hu ried iwassal messaġġ speċifikament lit-Tmexxija Iranjana u lill-Ayatollah Ali Khamenei.
Is-Segretarju Hegseth qal li kienet għadha għaddejja l-evalwazzjoni tal-ħsarat li setgħu ġarrbu l-faċilitajiet nukleari tal-Iran….U waqt li ma rrepetiex il-kumment ta’ Trump li ‘il-faċilitajiet inqerdu minn fuq il-mappa’, hu sostna li l-missili sparati mill-qawwiet tal-ajru ‘laqtu s-siti indikati minbarra li ħallew l-impatt mixtieq’.
L-Istati Uniti, issa, qed issostni li rnexxielha teqred ‘numru ta’ elementi għall-produzzjoni tan-nukleari fil-faċilità ta’ Fordow –u li l-President Trump xorta għadu impenjat favur proċess għall-paċi fil-Lvant Nofsani.
Madankollu, is-Segretarju Hegseth qal li l-azzjoni kontra s-siti tal-Iran kienet, fil-fatt, imminenti wara li r-reġim f’Tehran għażel li ‘jgħaddi lil Washington biż-żmien’ minflok jikkommetti ruħu għall-waqfien tal-proġetti nukleari bħalma kien qed jitlob Trump.
Hegseth qal ukoll li l-Istati Uniti kienet għadha u se tkompli tikkoopera mal-Alleati fil-Lvant Nofsani u li l-Iran għad għandu l-opportunità biex jirritorna madwar il-mejda tan-negozjati….Kien anki sinifikattiv il-kumment li l-missjoni tal-Istati Uniti saret bil-ħsieb li l-Iran ma jispiċċa qatt f’pożizzjoni fejn jista’ juża n-nukleari għal skop ostili – u meta Washington mhux qed jaħseb biex iwaqqa’ lir-reġim Iżlamiku f’Tehran.
//= $special ?>