Real Madrid………………3
Pachuca………………………1
Real Madrid: T. Courtois, T. Alexander-Arnold (A. Rudiger 78′), R. Asencio, D. Huijsen, F. Garcia, A. Tchouameni, A. Guler (L. Modric 60′), J. Bellingham (D. Ceballos 60′), F. Valverde, G. Garcia (B. Diaz 46′), V. Junior
Pachuca: C. Moreno, L. Rodriguez (J. Eduardo Lopez 60′), E. Bauermann, F. Pereira, B. Gonzalez, E. Montiel, A. Palavecino (V. Guzman 72′), A. Dominguez (G. Cabral 46′), A. Bautista (J. Kennedy 46′), R. Kenedy (C. Sanchez 60′), S. Rondon
Referee: Ramon Abatti (Brażil)
Real Madrid kisbu rebħa ta’ 3-1 fuq Pachuca biex b’hekk waslet l-ewwel rebħa taħt it-tmexxija ta’ Xabi Alonso fejn irnexxielhom jagħmlu dan minkejja li prattikament lagħbu l-partita kollha bi plejer anqas.
Kien propju wara biss seba’ minuti li Real Madrid sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta tkeċċa Raul Asencio wara li ġibed lil Salomon Rondon meta kien ġej waħdu mal-gowlkiper.
Minkejja dan, Real Madrid marru fil-vantaġġ fil-35 minuta meta wara azzjoni maħduma b’mod tajjeb fuq ix-xellug, Fran Garcia għadda lejn Jude Bellingham li wara li avvanza kkonluda fil-baxx.
It-tim ta’ Xabi Alonso għamilhom 2-0 qabel il-mistrieħ meta kien Arda Guler li kkonkluda wara li rċieva mingħand Gonzalo Garcia. Fit-tieni taqsima, Real Madrid baqgħu fuq l-offensiva u kien Federico Valverde li kkonkluda l-cross preċiż ta’ Brahim Diaz.
Pachuca naqsu l-iskor fit-80 minuta meta l-konklużjoni ta’ Elias Montiel kienet devjata għal wara Courtois.
//= $special ?>