Lokali

Tifel ta’ sitt snin imut wara li waqa’ f’pixxina privata

Tifel ta’ sitt snin tilef ħajtu wara li nstab mitluf minn sensih f’pool privata fiz-zona ta’ Bahar ic-Caghaq.

Il-kaz sehh għall-ħabta tal-5.30pm.

Rapporti qed jindikaw li t-tifel kien ma’ xi qraba f’għelieqi li għandom fl-inħawi, u f’hin minnhom ma deherx aktar. Kif indunaw b’hekk, huma marru jfittxuh u minnufih infurmaw lill-Pulizija.

Diversi sezzjonijiet tal-Pulizija u tobba bdew it-tfittxijiet fiz-zona.

Ftit wara, bl-użu ta’ drone tal-Pulizija, it-tifel deher f’pool ta’ residenza oħra mitluf minn sensih.

It-tifel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza iżda tilef ħajtu ftit tal-hin wara.

Il-Maġistrat Joe Mifsud fetaħ inkjesta.