Tliet persuni tilfu ħajjithom wara li stand fi stadium fl-Alġerija ġġarfet fi tmiem il-partita li MC Alger rebħu l-kampjonat.
Bosta oħra sfaw midruba meta waħda mill-barrikati ċediet b’konsegwenza li l-partitarji li kien hemm fl-istand ta’ fuq waqgħu għal dik ta’ taħt. Il-Ministeru tas-Saħħa Alġerin qal li aktar minn 70 persuna ddaħlu l-isptar.
Il-plejers ta’ MC Alger żaru l-isptar fejn offrew donazzjonijiet lill-vittmi. L-istadium ta’ MC Alger kien mimli partitarji bl-atmosfera fl-istadium waqt il-partita kienet waħda ta’ festa.
Wara din it-traġedja, il-presentazzjoni tat-trofew ġiet posposta bil-President tal-Alġerija Abdelmadjid Tebboune joffri l-kondoljanzi lill-familjari tal-mejta.
//= $special ?>