L-ammont ta’ persuni li għadhom qed jistennew biex jgħaddu ġuri hu 206.
Dan ikkonfermah fil-parlament il-Ministru tal-Ġustizzja Johanton Attard meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ li staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni jgħid kemm hawn persuni li għadhom qed jistennew li jgħaddu ġuri.
Il-Ministru tal-Ġustizzja wieġeb li sal-31 ta’ Mejju 2025, l-ammont ta’ persuni li għadhom qed jistennew sbiex jgħaddu ġuri huma 206. Hu żied ukoll li fl-aħħar xhur sar investiment fil-binja prinċipali tal-Qorti, fejn żdiedet awla ġdida attrezzata sabiex isiru l-ġurijiet fiha. Fil-fatt fl-aħħar ġimgħat diġà saru tliet ġurijiet fiha, fl-istess waqt li kien għaddej ġuri ieħor.
Jirriżulta li hemm 38 ġuri li ilhom sitt xhur jistennew biex isiru, 44 ġuri li ilhom sena jistennew, 48 ġuri li ilhom sentejn u 76 ġuri li ilhom ħames jew iktar.
//= $special ?>