Il-permessi li nħarġu bejn l-1 ta’ Jannar 2024 u t-2 ta’ Ġunju 2025, f’sena u nofs, ilaħħqu total ta’ 466 permess ta’ żvilupp.
Dan ikkonfermah fil-Parlament il-Ministru Clint Camilleri, il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar; meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Gaeleam
L-istess figuri jinkludu l-permessi għal kull tip ta’ applikazzjoni, sew għal binjiet ġodda kif ukoll applikazzjonijiet għal tibdil jew tnaqqis jew żidiet għal binjiet eżistenti jew bdil fl-użu ta’ strutturi eżistenti; u jinkludu applikazzjonijiet għal permessi sħaħ (Full), permessi dwar il-mertu (Outline), kif ukoll permessi għal tiġdid (Renewal).
//= $special ?>