Hemm 675 ħaddiem minn pajjiżi terzi impjegati direttament mal-gvern u li qed jaħdmu fis-servizz tas-saħħa pubblika f’Malta, li minnhom hemm 441 mara u 234 huma rġiel.
Informazzjoni dwar il-ħaddiema minn pajjiżi terzi impjegati direttament mal-gvern tkellem fil-Parlament il-Ministru Jo Etienne Abela meta wieġeb mistoqija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ li staqsiet lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jgħid (f’numri u persentaġġi) kemm hemm ħaddiema minn pajjiżi terzi rġiel, nisa jew ta’ ġeneru ieħor li qed jaħdmu fis-servizz tas-saħħa pubblika f’Malta u li huma direttament ingaġġati mal-Gvern.
Dawn il-ħadiema ġejjin wieħed mill-Afrika t’Isfel, mill-Palestina, il-Moldova; l-Albanija; l-Alġerija; il-Bożnija; il-Bhutan; il-Brażil; l-Iraq; il-Kamerun; il-Kanada; il-Każakistan; in-Nepal u mill-Uzbekistan; tnejn mit-Tajlandja, il-Venezwela, mill-Ġappun, min-Norveġja u l-Kuwajt; tlieta mill-Arabja Sawdita, mill-Oman, mill-Iran u mil-Libanu; 5 mill-Armenja u mill-Maċedonja ta’ Fuq; 3 mis-Sudan; ħamsa mill-Ġordan; 4 mill-Eġittu; mir-Russja, mill-Istati Uniti u l-Libja; 5 mis-Sirja u mit-Turkija; 38 mill-Filippini; 363 mill-Indja; sitta mill-Malasja u minn Żimbabwe; 44 min-Niġerja; 23 mir-Renju Unit; 61 mill-Pakistan; 22 minn Sri Lanka; 26 mis-Serbja u 23 mill-Ukrajna.
5
Malasja 6
Moldova 1