Lokali

Adrian Delia jħabbar l-interess tiegħu li jikkontesta għal Kap tal-PN

“Se nkun qed inpoġġi ismi b’mod uffiċjali biex inservi mill-ġdid bħala Kap tal-Partit glorjuż tagħna.”

Hekk stqarr Adrian Delia meta aktar kmieni llum fuq il-media soċjali ħabbar li se jkun qed jippreżenta l-interess tiegħu li jikkontesta għal Kap tal-PN.

Id-deċiżjoni biex tikkontesta t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista mhix waħda faċli jew li tittieħed bl-għaġġla, sostna Adrian Delia. Dan filwaqt illi insista li għal darb’oħra hu għażel li jpoġġi l-interessi tal-partit u tal-pajjiż l-ewwel.

Il-proċess għas-sejħiet ta’ interess se jibqa’ miftuħ sa nhar il-Ħadd li ġej.

Wara dan il-proċess ikun imiss li jsir id-due diligence. Imbgħad kull kandidat li jgħaddi minn dan il-proċess ikun jista’ jixħet in-nomina tiegħu b’mod formali.