Lokali Parlament

Aktar minn elf ilhom jistennew knee replacement aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti

Hemm 1,054 pazjent li qed jistennew total knee replacement u li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.

Filwaqt li fisser li jkun hemm ħafna raġunijiet għala din l-istennija tkun daqshekk twila, il-Ministru assigura li f’każijiet ta’ urġenza tittieħed azzjoni immedjata.

ll-Ministru Jo Etienne Abela qal ukoll li minn Lulju ’l hawn bdew isiru extra sessions għall-knee replacements. Apparti dawk li normalment isiru fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, extra sessions qed isiru kull nhar ta’ Ħamis u Ħadd fi sptar privat u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Jirriżultat li f’Marzu kien hemm 1,249 pazjent li qed jistennew total knee replacement, u li dan l-ammont niżel għal 1,054 li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.

L-informazzjoni ngħatat għal interpellamza tad-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia li staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni ta’ knee replacement sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.

Hemm ukoll 296 pazjent li qed jistennew l-operazzjoni ta’ hip replacement u ilhom aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.

Jirriżulta wkoll minn interpellanza oħra, li hemm 178 pazjent għall-operazzjoni tat-tneħħija tal-marrara li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti. Skont ma’ qal il-Ministru, il-perjodu ta’ stennija dejjem qed tkompli tonqos.

Jirriżulta wkoll minn interpellanza oħra, li hemm 178 pazjent għall-operazzjoni tat-tneħħija tal-marrara li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti. Skont ma’ qal il-Ministru, il-perjodu ta’ stennija dejjem qed tkompli tonqos.

Fisser ukoll li kien hemm is-somma ta’ €14-il miljun, li hi d-doppju ta’ dik ivvutata għas-sena 2024, biex isir outsourcing ta’ bosta operazzjonijiet, inkluż cholecystectomy.