Futbol Sport

Faċli għal Manchester City

Manchester City……………6

Al-Ain………………………….0

Manchester City: S. Ortega, A. Khusanov (O. Bobb 61’), M. Akanji, J. Gvardiol (R. Dias 74’), R. Ait-Nouri, N. Gonzalez (Rodri 61’), M. Nunes, B. Silva (R. Cherki 73’), I. Gundogan, C. Echeverri (P. Foden 46’), E. Haaland

Al-Ain: K. Eisa, A. Jasic, A. Niang, Y. Park, R. Rabia, F. Zabala (Erik 62’), N. Chadli (M. Sanabria 74’), Y. Nader (M. Palacios 46’), A. Karim Traoure, M. Al Baloushi (Kaku 62’), S. Rahimi (K. Laba 46’)

Referee: Mustapha Ghorbal (Alġerija)

Fi Grupp G, kienet faċli għal Manchester City b’rebħa kbira ta’ 6-0 fuq Al-Ain biex b’hekk kemm huma u anke Juventus ikkwalifikaw għall-fażi li jmis, biz-żewġ timijiet jiltaqgħu kontra xulxin fl-aħħar partita tal-grupp.

Manchester City skorjaw tliet gowls f’kull taqsima, fl-ewwel taqsima kien Ilkay Gundogan li fetaħ l-iskor wara biss tmien minuti. Claudio Echeverri għamilhom 2-0 fis-27 minuta, b’Erling Haaland jagħlaq il-partita qabel il-mistrieħ permezz ta’ penalty.

Fit-tieni taqsima kien għal darb’oħra Gundogan li fit-73 minuta għamel l-iskor 4-0 bis-sostituti Oscar Bobb u Rayan Cherki jkomplu jkabbru l-vantaġġ għal City għal skor finali ta’ 6-0.