Lokali

F’Għawdex, raġel imut wara li waqa’ ħames sulari

Raġel ta’ nazzjonalita Indjana, traġikament tilef ħajtu, wara li waqa’ f’bitħa interna minn għoli ta’ ħames sulari, il-Ħadd filgħaxija f’Għawdex għall-ħabta tat-8:30pm,

Il-każ seħħ fi blokka appartamenti fit-triq Giorgio Borġ Olivier fir-Rabat, Għawdex, fejn minn investigazzjoni preliminarja jiriżulta li r-raġel waqa’ wara li pprova joħroġ minn tieqa, minħabba li kien issakkar ġewwa l-apartament fejn jgħix.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku, iżda
sfortunatament kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Simone Grech li ħatret diversi esperti sabiex jassistu
fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.