Lokali

“Gvern bla rispett u li ma jafx jistħi” – appuntament lil Raymond Caruana 39 sena wara mewtu

“Gvern li ma jafx x’qed jagħmel. Gvern bla rispett u li ma jafx jistħi.”

Hekk sostna l-Kunsillier f’isem il-Partit Nazzjonalista fil-lokalità tal-Gudja Stefan Caruana f’post fuq il-midja soċjali wara li rċieva appuntament f’isem zijuh Raymond Caruana li nqatel 39 sena ilu.

Fuq il-midja soċjali huwa appella sabiex jieqfu jkomplu jweġġgħu lil familtu b’numru ta’ persuni urew solidarjetà miegħu kif ukoll ma’ familtu.

Raymond Caruana kien vittma ta’ qtil politiku fi sparatura fuq il-Każin tal-Partit Nazzjonalista fil-Gudja fl-1986 – qtil politiku li sal-ġurnata tal-lum għadu kapitlu miftuħ. U issa, din l-ittra tal-Ministeru tas-Saħħa reġgħet fetħet il-ferita għall-familja kollha.