Il-Jott Artie III ta’ Lee Satariano u Christian Ripard se jipparteċipa mill-ġdid fl-Aegean 600. Dan wara l-parteċipazzjoni memorabbli fl-aħħar edizzjoni tal-Aegean 600, fejn bħalissa l-jott Malti Artie III qed tagħmel f’din l-isfida ambizzjuża – li tirrikjedi esperjenza fi tlielaq ta’ dan it- tip li għandha ssir fis-6 ta’ Lulju minn Sounio barra Ateni.
L-ekwipaġġ ta’ Artie III huwa mmexxi minn Lee Satariano u Christian Ripard, u jinkludi lil Mathieu Almekinders, Simon De Gent, Koen de Smedt, Nicky Fenech, E.J. Van Housselt, Sam Pizzuto u Jake Satariano.
Bħalissa l-ekwipaġġ ta’ Artie III wasal fl-aħħar preparamenti qabel ma jitlaq minn Malta. L-ekwipaġġ mistenni li jasal f’Ateni fit-2 ta’ Lulju, biex ikollu ħin biżżejjed għall-aħħar preparamenti u l-briefing ta’ qabel it-tellieqa.
L-Aegean 600 hija meqjusa bħala tellieqa spettakolari u ta’ sfida, li tkopri rotta ta’ madwar 605 mil nawtiku. It-tellieqa tibda minn Sounio, u tkompli lejn il-gżira ta’ Milos, Santorini Caledra, kif ukoll madwar diversi gżejjer fosthom Kassos, Karpathos, Rhodos, Kos, Patmos u Mykonos qabel mal-flotta terġa’ tirritorna lejn Sounio. Minħabba t-tibdiliet kontinwi fil-kundizzjonijiet tat-temp u l-baħar kull parti tat-tellieqa hija prova tal- esperjenza tal-ekwipaġġi.
//= $special ?>