Lokali

Il-midja Laburista tibqa’ tippersisti bil-fake news

Il-midja ta’ Robert Abela llum għażlet li tippubblika item ieħor qarrieqi sabiex tipprova turi li l-kontenut tas-Super One qed jinqara aktar minn dak ta’ Net News. Dan meta l-fatti juru li l-One qed jippersisti bil-fake news.

Il-verità hi, li l-midja Laburista qed tikkwota ċifri li jagħtu stampa tal-istazzjon kollu u mhux tal-aħbarijiet. Dan hekk kif qed iqabblu l-paġna ta’ Net News (aħbarijiet) mal-paġna One.com.mt li tinkludi l-pjattaformi kollha f’daqqa – aħbarijiet, TV, programmi u radju.

B’mod qarrieqi, Robert Abela u l-midja tiegħu qed jippersistu jxerrdu l-fake news.

Tant li l-frażi, “il-views ta’ One News jaqbżu b’mod sinifikanti l-views tan-Net” hija biss gidba. Dan għaliex lanqas biss teżisti paġna ta’ One News – aħseb u ara kemm kellha views!

Fil-verità, l-artiklu ppubblikat dalgħodu minn NetNews.com.mt fl-ebda ħin ma kien wieħed partiġjan jew li ried iqabbel ma’ xi stazzjon jew ieħor. Il-fatti juru li Net News – l-aħbarijiet weħidhom – kellhom 12-il miljun view fuq perijodu ta’ 28 jum. Apparti minn hekk, reel wieħed waħdu kellu views illi qabżu 1.5 miljun.