Lokali

Inċident f’Regional Road jikkawża traffiku qawwi

Inċident bejn tliet vetturi f’Regional Road, it-Tnejn filgħodu kkawża konġestjoni kbira ta’ traffiku lejn il-Ġżira, San Ġiljan u San Ġwann wara li l-ħabta wasslet għal għeluq ta’ żewġ lanes.

Il-Pulizija rċevew rapport tal-inċident għall-ħabta tat-8:45am, meta vann Isuzu, Mini u Honda Civic kienu involuti f’ħabta wara l-mina ta’ Tal-Qroqq.

Il-vettura tat-tip Mini, li spiċċat bejn iż-żewġ vetturi l-oħra, kienet misjuqa minn tfajla ta’ 23 sena mix-Xagħra.

It-tfajla ġarrbet ġrieħi ħfief u ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura.