FC Salzburg…………….0
Al Hilal……………………0
FC Salzburg: C. Zawieschitzky, S. Lainer, K. Gadou, J. Rasmussen, F. Kratzig, N. Dorgeles (M. Kjaergaad 77’), M. Bidstrup, S. Diabate (J. Mellberg 46’), O. Gloukh (S. Kitano 65’), E. Baidoo (Y. Vertessen 77’), K. Onisiwo (A. Daghim 65’)
Al Hilal: Bono, J. Cancelo (H. Al-Yami 80’), H. Al-Tombakti (A. Lajami 88’), K. Koulibaly, R. Lodi (M. Al-Harbi 89’), R. Neves, N. Al-Dawsari (M. Al Juwayr 86’), S. Al-Dawsari, S. Milinkovic-Savic, M. Leonardo, Malcom (M. Kanno 68’)
Referee: Wilton Pereira Sampaio (Brażil)
Draw ta’ mingħajr gowls bejn FC Salzburg u Al Hilal iħalli kollox miftuħ fi Grupp H. Bidu tajjeb minn FC Salzburg hekk kif wara disa’ minuti ċans tajjeb għal Karim Onisiwo bil-konklużjoni tiegħu tkun salvata minn Bono.
Fit-tieni taqsima, ċans ieħor tajjeb għal FC Salzburg meta minn corner il-ballun spiċċa f’saqajn is-sostitut John Mellberg bil-konklużjoni tiegħu tkun salvata għal darb’oħra minn Bono, mir-rebound, Edmund Baidoo ra l-konklużjoni tiegħu tkun salvata minn fuq il-linja minn Kalidou Koulibaly.
Fis-56 minuta, Al Hilal kienu ferm viċin li jiftħu l-iskor iżda l-konklużjoni ta’ Malcom għaddiet tħakket mal-wieqfa. Fit-80 minuta, xutt tajjeb mid-distanza ta’ Sergej Milinkovic-Savic kien salvat b’diffikultà mill-gowlkiper ta’ FC Salzburg.
//= $special ?>