Monaco 24 Malta 5
Tliet ġimgħat mir-rebħ tal-midalja tal-bronż fil-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar f’Andorra, fl-istess Stadium kien fl-azzjoni t-tim nazzjonali Malti tar-Rugby 7’s immexxi minn Patrice Debiere. Kien ikkonfermat il-potenzjal tat-tim Malti kontra avversarju aktar ikkwotat f’finali difficli kontra Monaco.
It-tim Malti wettaq reazzjoni impressjonanti biex wasal għall-finali tal-Conference 1, mit-telfa ta’ 24 – 17 kontra Serbja. Fit-tieni partita kien hemm ir-rebħa ta’ 27 – 19 fuq il-Fillandja sabiex fit-tielet partita Malta għelbet ukoll lill-Awstrija 27 – 21.
It-tim Malti wettaq reazzjoni impressjonanti fis-semifinali f’partita miftuħa għal kull riżultat, biex għaddiet għall-finali kontra Monaco fejn Malta tilfet 24-5 .
il-kontnġent Malti għall-Conferenza 1, kien magħmul minn Xavier Mamo , Jean Scholey, Ryan Felice , Jamie Farrugia , vice captain Brendon Dalton, Philippe Ioffe , Kyle Gauci , Adam Kelly , Jethro Zammit Randich – captain , Kaine Dimech, Joe Walker u Josh Gatt.
//= $special ?>