Ix-xahar ta’ Ġunju kien wieħed ta’ suċċess kbir għas-sit tagħna NetNews.com.mt hekk kif kompla jikber fil-popolarità tiegħu – bin-numri juru interess qawwi fil-kontenut li qed nippubblikaw minn ġurnata għall-oħra.
Ċifri meħuda mill-pjattaforma tagħna fuq Facebook juru li fl-aħħar 28 ġurnata, kien hemm mat-12-il miljun view tal-kontenut li ppubblikajna. Dan jinkludi mhux biss artikli, imma anke filmati, intervisti, reels, ritratti u anke stories li nippubblikaw minn jum għall-ieħor.

L-aktar ġurnata li fiha kellna traffic lejn il-paġna tagħna ta’ Facebook kienet l-14 ta’ Ġunju. Dakinhar, il-paġna ta’ Net News kellha ‘l fuq minn 1,700,000 view.
F’dawk il-jiem, ir-reel ta’ Net News li wera d-devastazzjoni li ħalla warajh l-inċident ta’ Paceville kellu 1,500,000 views.

Dan is-suċċess ikompli jibni fuq is-suċċessi li ksibna fl-aħħar xhur kemm b’xandiriet speċjali tat-televiżjoni kif ukoll bil-programmi ta’ Net FM. Apparti minn hekk, Net TV baqa’ l-aktar stazzjon privat segwit f’pajjiżna – kif konfermat mill-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir.
//= $special ?>