Ftit tal-ħin ilu, id-deputat Nazzjonalista Alex Borg habbar li se jkun qed jixħet l-interess tiegħu għall-kariga ta’ Kap tal-PN.
Permezz ta’ messaġġ fuq il-media soċjali, Alex Borg qal li fis-sigħat li ġejjin se jkun qiegħed uffiċjalment jinforma l-amministrazzjoni bl-interess li jinnomina lilu nnifsu għal kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Huwa saħaq li kemm-il darba jkollu l-unur li jservi f’din il-kariga, flimkien ma’ sħabu, se jkun qiegħed jiġri wara kull aspirazzjoni għaliex jemmen li bħala Partit Nazzjonalista hemm id-dmir li jingħata messaġġ ta’ tama u viżjoni għall-ġejjieni ta’ pajjiżna.
Alex Borg insista li l-Partit Nazzjonalista għandu joffri bidla ġenerazzjonali u mentalità rebbieħa. Bħalissa l-proċess jinsab fl-istadju fejn dawk interessati jistgħu jitfgħu l-espressjoni ta’ interess – fażi li tibqa’ miftuħa sa nhar il-Ħadd li ġej
//= $special ?>