Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar waqfien mill-ġlied bejn Iżrael u l-Iran. Hekk kif appella liż-żewġ pajjiżi sabiex ma jiksrux dan il-ftehim – b’Tehran jiddikjara li waqqaf l-attakki fuq Iżrael.
Dan kollu jiġi wara li fl-aħħar jiem, eskalat it-tensjoni fir-reġjun, bl-Istati Uniti tattakka tliet siti nuklejari tal-Iran.
Fejn mbagħad b’ritaljazzjoni l-Iran attakka lit-truppi Amerikan fil-Qatar u anke fl-Iraq.
Bl-aħħar attakki Iranjani iseħħu matul il-lejl f’żona residenzjali f’Iżrael…u li ħallew erba’ persuni mejta.
Issa, Trump iddikjara waqfien mill-ġlied assolut bejn iż-żewġ pajjiżi.
Rapporti internazzjonali qed jispjegaw illi x-xandir tal-Istat Iranjan iddikjara li l-pajjiż kien sfurzat sabiex iwaqqaf il-ġlied wara l-attakki ta’ suċċess li wettqu fuq il-bażi militari Amerikani.
