Il-Qorti Kriminali ħelset lil lan Ciantar, eks plejer tat-tim nazzjonali Malti u li kien jilgħab ma’ Sliema Wanderers li kien qed jiġi akkużat li pprova jikkorrompi lil Ian Azzopardi – plejer ieħor li kien jilgħab miegħu fit-tim tal-Wanderers.
Il-partita kienet decider kontra Qormi bil-Maġistrat Donatella Frendo Dimech tgħid li ma nstabux provi biżżejjed biex jikkonfermaw l-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti qalet li l-plejer li allega li plejer ieħor ipprova “jixtrih” kien inkosistenzi u li jidher li għamel dak li għamel għal gwadan tiegħu.
Il-prosekuzzjoni kienet allegat li Ian Ciantar li llum għandu 49 sena, kien involut f’attivitajiet irregolari biex jinfluwenza riżultati ta’ logħbiet tal-futbol, iżda matul il-proċess ġudizzjarju, ma ġiex ippreżentat evidenza soda li tgħaqqad direttament lill-imputat mal-allegazzjonijiet.
It-tim tas-Sliema kien mill-ewwel għamel rapport lill-Pulizija dwar il-każ u ta r-‘release’ lil Ian Ciantar. Il-Qorti, wara li eżaminat ix-xhieda kollha u l-provi ppreżentati, qalet li f’każijiet serji bħal dawn, trid tiġi ppruvata mingħajr ebda dubju raġonevoli l-intenzjoni u l-parteċipazzjoni diretta tal-persuna fl-atti korrottivi.
Fil-każ inkwistjoni, il-prosekuzzjoni naqset milli tippreżenta provi li jagħtu ċertezza assoluta dwar il-ħtija tal-imputat. Il-Qorti enfasizzat l-importanza li l-ġustizzja ma tibnix fuq suspett jew fuq allegazzjonijiet biss, imma fuq fatti ċari u provati.
Għaldaqstant, iddeċidiet li tiddikjara lill-imputat mhux ħati u ħelsitu mill-akkużi kollha. Dan il-każ jirrikonferma l-prinċipju fundamentali li l-persuna tibqa’ preżunta innoċenti sakemm ma tiġix ippruvata l-ħtija tagħha b’mod ċar u bla dubju quddiem il-Qorti.
Dr. Adrian Camilleri, li rrappreżenta l-Malta Football Association (MFA), ippreżenta l-fajl relatat mal-investigazzjoni tal-Bord dwar allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni f’logħba bejn Qormi FC u Sliema Wanderers. Fl-4 ta’ Ġunju 2010, il-President ta’ Sliema Wanderers, Steve Abela, għamel rapport li Ian Ciantar, player ma’ Sliema, allegatament avviċina lil Ian Azzopardi biex iħalli lil Qormi jirbħu l-logħba.
Qal li offrielu Lm1,000
Azzopardi qal li madwar jumejn qabel il-logħba, Ciantar offrielu Lm1,000 biex ma jilgħabx sew. Azzopardi rrifjuta u informa lill-kumitat tal-klabb. L-Ispettur Curmi eżamina l-kontijiet bankarji ta’ Ciantar u ma sab xejn suspettuż. F’Mejju 2010, waqt training mal-Melita FC, Ciantar avviċinah u qallu: “Għandek Lm1,000, tridom?” Azzopardi wieġbu li ma riedx il-flus.
Azzopardi spjega li ma ngħata l-ebda dettalji dwar x’kien mistenni jagħmel fil-logħba – biss li kellu l-flus disponibbli jekk jaċċetta. F’konfront mal-Qorti, Azzopardi qal li qatt ma ġie mġiegħel jaċċetta u li dakinhar kienu waħedhom fit-training grounds.
Wara l-inċident, Azzopardi informa lill-President u l-kumitat u sar rapport mal-Pulizija. F’konversazzjoni oħra, Azzopardi qal li Ciantar qallu li “din kienet xi ħaġa mill-klabb”. Fit-8 ta’ Ġunju 2010, Azzopardi iltaqa’ ma’ Ciantar f’Bay Street fejn Ciantar stqarr li Azzopardi kien ġie sfurzat mill-kumitat jagħmel ir-rapport mal-Pulizija.
Ciantar ċaħad kompletament l-allegazzjonijiet u qal li qatt ma offra flus lil Azzopardi. Stqarr li kull darba li Sliema lagħbu kontra Qormi, tilfu, u qal li Sliema setgħu jitilfu d-dħul jekk kienu jitilfu l-logħba decider. Żied jgħid li l-laqgħa ma’ Azzopardi fit-8 ta’ Ġunju kienet biex Azzopardi jgħidlu li kien sfurzat jagħmel ir-rapport kontrih.
Azzopardi stqarr li l-offerta kienet vaga u ma sema’ xejn iktar barra mill-offerta tal-flus. Ma kien hemm ebda xhieda oħra preżenti waqt il-laqgħa. L-iskrutinju bankarju fuq Ciantar ma wera l-ebda moviment suspettuż. Il-każ idur fuq kelma kontra kelma: l-allegazzjoni ta’ Azzopardi kontra ċ-ċaħda ta’ Ciantar.
L-ebda provi diretti jew materjali ma nġiebu biex jissostanzjaw l-allegazzjoni barra mill-verżjoni ta’ Azzopardi. L-investigazzjonijiet finanzjarji ma ġġeneraw l-ebda suspett fuq moviment ta’ flus. Qabel logħba importanti għall-klabb, Ian Azzopardi informa lil Abela li kien ġie avviċinat minn Ian Ciantar biex ibigħ il-logħba li kellha tintlagħab dakinhar stess.
F’din il-konversazzjoni kien preżenti wkoll Dr. Clifton Grima, is-Segretarju tal-klabb dak iż-żmien, li ta parir biex isir rapport mal-Malta Football Association (MFA) u mal-Pulizija. Xi ġimgħa qabel il-logħba, Azzopardi kien assigura lill-klabb li ħadd ma kien avviċinah. F’laqgħa bejn il-kowċ u l-plejers matul l-istess ġimgħa, kien enfasizzat il-periklu ta’ korruzzjoni u saret sejħa biex jitkellmu jekk xi ħadd kien avviċinawhom.
Irraportah lill-President tal-Wanderers
Lejlet il-logħba, Azzopardi informa lil Abela li ġie avviċinat minn xi ħadd biex ibigħ il-logħba, iżda ma riedx jikxef ismijiet. Fl-1 ta’ Ġunju 2010, madwar nofsinhar fil-lukanda f’Bugibba, Azzopardi semma lil Ciantar b’mod espliċitu bħala l-persuna li avviċinah.
Azzopardi informa wkoll lil Mark Marlow, il-kowċ ta’ Sliema, dwar l-offerta ta’ flus biex ibigħ il-logħba. Marlow ikkonferma li xi jiem qabel il-logħba kien diġà għamel laqgħa mal-plejers biex iwissihom dwar il-periklu ta’ korruzzjoni.
Ian Ciantar, l-imputat’ qal li kien ilu jilgħab ma’ Sliema Wanderers minn età ta’ 8 snin. Fl-istaġun 2009–2010, kien wasal fit-tmiem tal-karriera tiegħu. Għamel arranġament mal-President Steve Abela biex ikun Vice Captain tat-tim minħabba l-prestazzjoni tajba tiegħu.
Qal li kien lagħab l-ewwel tliet logħbiet tal-istaġun, imma wara dan bidlu l-fortuna tiegħu. Fit-Tlieta wara l-ewwel tliet logħbiet, irċieva telefonata minn numru mhux magħruf, u beda l-inkwiet ma’ Ian Azzopardi. Azzopardi, li kien liebes il-uniformi tal-Posta, għamel konfront li fih qallu:
“Ian, jiddispjaċini, vera ġabuni dahri mal-ħajt… Kelma tiegħi kontra kelma tiegħek…” Azzopardi esprima diżappunt u qallu li kien ġie “qabad u niżel mill-van” mingħajr ma kien jaf x’se jagħmel. Ciantar ċaħad l-allegazzjonijiet kollha. Ċaħad li qabel il-logħba ma kellem lil Azzopardi dwar il-bejgħ tal-logħba.
Jgħid li fil-ground tat-training sessions kien impossibbli li jitkellem fuq affarijiet bħal dawn bla ma jara ħadd min-nies tal-klabb. Qal li l-allegazzjonijiet qed “jinnega mija fil-mija” — kompletament foloz. Saru kontestazzjonijiet u teoriji fuqu għaliex Azzopardi għamel dak Li għamel
L-imputat iċċara li Azzopardi għamel dan minħabba: Theddid u pressjoni mill-klabb wara incident li kien sar mal-goalkeeper Simon Agius matul illejl f’lukanda. Biex jintogħġob mal-klabb, peress li kellu 25 sena u kien fil-bidu tal-karriera tiegħu, filwaqt li hu kien fit-tmiem tal-karriera (35 sena).
Inqala’ mit-tim
Għaliex il-klabb ried jeħles minnu peress li kien qed iħallsu bħala full-time professional, waqt li kien hemm problemi finanzjarji fil-klabb. Problemi marbuta mal-klijent u l-istatus fl-istat tal-klijent Ciantar spjega li kieku tassew avviċina lil Azzopardi fit-training, kellu jagħmel rapport immedjat, u kien ma jibqax jilgħab.
Huwa kien full-time professional u kien jieħu paga, iżda l-klabb kien tard bil-ħlas tal-pagi sitt jew seba’ xhur. Avviċina lill-President sabiex isir il-ħlas tal-pagi, iżda wara dan ma kienx magħżul biex jilgħab aktar u spiċċa ma lagħabx logħba oħra.
Kien hemm bidla fil-kummissjoni u politika tal-klijent. Meta Robert Arrigo tħalla mill-kariga bħala President u Steve Abela daħal fl-poter, kien hemm politika ġdida. Steve Abela ried ineħħi lill-players kollha li bdew taħt Arrigo, inkluż lil Ciantar.
Huwa baqa’ fl-iskwadra waqt li oħrajn ġew mibjugħa jew saru assistant coaches. Fuq ir-reazzjoni fuq l-allegazzjonijiet u l-ġurnata tal-logħba. Sar jaf bl-allegazzjonijiet fuq il-midja fil-ġurnata ta’ nofsinhar. Dakinhar tal-logħba kien għamel kuntatt mal-President, iżda ġie struzzjonat biex ma jitlaqx għal-logħba, xi ħaġa li ħass bħala diżappuntanti, għax kienet l-aħħar logħba tiegħu.
Il-logħba kienet intlagħbet it-Tlieta, waqt li training kien isir is-Sibt u t-Tnejn. Ian Ciantar jiddikjara li ma kien involut xejn f’xi pjan biex ibiegħ il-logħba u jħares lilu nnifsu bħala vittma ta’ politika interna tal-klabb u pressjoni fuq plejers żgħar.
Hu dejjem ċaħad b’mod ċar l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni u jitlob li dan jitqies bħala kampanja biex ineħħuh mid-dar tal-futbol. Lejlet il-logħba, Azzopardi informa lil Abela li ġie avviċinat minn xi ħadd biex ibigħ il-logħba, iżda ma riedx jikxef ismijiet.
Fl-1 ta’ Ġunju 2010, madwar nofsinhar fil-lukanda f’Bugibba, Azzopardi semma lil Ciantar b’mod espliċitu bħala l-persuna li avviċinah. Azzopardi informa wkoll lil Mark Marlow, il-kowċ ta’ Sliema, dwar l-offerta ta’ flus biex ibiegħ il-logħba.
Il-Qorti qalet li ma setgħetx tinsa li l-imputat iddeskriva l-allegazzjoni bħala waħda kompletament invertiera. Ciantar qal li dan ġabar miegħu trauma kbira u tħassib li ma jistax jidħol ġurnata oħra fil-klabb Tas-Sliema, u li l-karriera tiegħu bħala plejer spiċċat kompletament.
Madankollu, il-Qorti osservat li ma ntużaw l-ebda passi legali ċivili jew kriminali kontra Azzopardi b’rabta ma’ dawn l-allegazzjonijiet ta’ kalunnja. Azzopardi x’aktarx kien qed jipprova jikkonferma li Ciantar offrilu somma ta’ flus ta’ elf Lira Maltin, iżda dan mhux koerenti mal-kuntest taż-żmien peress li Malta kienet ilha għaddejja għal żmien twil mill-użu tal-Lira Maltin għal Ewro (li beda jintuża sentejn qabel).
Ma hemm l-ebda referenza f’kwantitajiet jew denominazzjonijiet fl-Ewro biex jagħti aktar kredibbilità lir-rakkont ta’ Azzopardi. Azzopardi kien lesti li jikxef lil Ciantar mal-mexxejja tal-klabb, biex jipproteġi l-pożizzjoni tiegħu fl-iskwadra.
Il-Qorti qieset l-inkonsistenzi ta’ Azzopardi
Madankollu, Azzopardi żamm passi lura hekk kif il-każ evolva u ġie rrappurtat ukoll lill-Pulizija. Saħansitra lejlet il-logħba, fil-lukanda Movina, Azzopardi kien informahom li kien mitkellem minn persuna mingħajr ma semma isem.
Il-Qorti kienet rinfaċċjata b’numru ta’ inkonsistenzi fit-xhieda ta’ Azzopardi. Il-mod kif il-klabb wieġeb għax-xnigħat dwar il-korruzzjoni tal-plejers kien dilettantesk. Ivan Calleja, membru tal-klabb, ammetta li għamlu “gimmick” biex jistadu l-plejers, jiġifieri li “blaffjajna u tajnihom l-impressjoni li kellna provi biex nistaduhom”.
F’xi stadji Azzopardi ma riedx jiżvela ismijiet, iżda finalment għamel dan fil-preżenza tal-kumitat u tal-kowċ. Il-kontinwazzjoni ta’ laqgħat u investigazzjonijiet qabel u wara l-logħba turi li l-klabb ħa b’saħħitha l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni.
Azzopardi xehed li l-konversazzjoni saret “jumejn qabel il-logħba” li ntlagħbet fl-1 ta’ Ġunju 2010, waqt sessjoni ta’ training. Azzopardi qal li kienu biss hu u Ciantar fil-ground dak il-ħin. Il-Qorti ssib dan diffiċli biex temmnu, għax f’sessjonijiet ta’ training, it-tim kollu u l-coach ikunu preżenti u t-taħriġ isir kollettiv, mhux individwalment.
Il-Qorti tosserva li ma jagħmilx sens li Ciantar jagħżel li jindirizza lil Azzopardi f’nofs il-ground, f’ambjent miftuħ, waqt il-preżenza tat-tim kollu u d-diriġenti. Żgur li jekk Ciantar kellu intenzjoni li jixtri player, ma kienx jagħmel dan pubblikament meta l-players diġà kienu ġew imwissija dwar dawn is-xnigħat.
Jekk dan seħħ kif qed jgħid Azzopardi, Azzopardi kellu responsabbiltà immedjata li jirraporta l-inċident fuq il-post, li ma ġarax. Azzopardi, waqt il-kontroeżami, ikkonferma li l-klabb kien wissieh u players oħra ġimgħa qabel il-logħba li setgħu jiġu avviċinati.
Minkejja li l-klabb semmielu li kien hemm suspett fuq xi players, Azzopardi ċaħad li kien hemm suspett dirett fuqu. Huwa qal li l-President qallu li “jekk xi ħadd javviċinak, għidli minnufih”, u Azzopardi qal li effettivament għamel dan wara.
Hemm ċertu nuqqas ta’ konsistenza bejn l-idea li Azzopardi kien diġà qed jiġi segwit u possibbilment suspettat, u l-fatt li Azzopardi jgħid li fuqu ma kienx hemm suspett personali. Dan joħloq dubju dwar jekk Azzopardi kienx qed jipprova jżomm ruħu barra minn kull rabta diretta mal-allegazzjonijiet billi jippreżenta ruħu bħala xi ħadd li sempliċement ġie avviċinat u rrapporta
Il-Qorti qalet li ssib problemi serji ta’ loġika u konsistenza fir-rakkont ta’ Azzopardi, speċjalment fir-rigward tal-ħin, il-post, u l-kuntest fejn suppost saret il-konversazzjoni. Il-Qorti tqis ukoll li f’sitwazzjoni bħal din, kwalunkwe avviċinament kien ikun immedjatament suspettuż u probabbilment imur direttament għand il-mexxejja tal-klabb jew mal-Pulizija, li ma ġarax b’reazzjoni immedjata.
Dan jissapporta l-linja ta’ difiża ta’ Ciantar li ma kellux motiv, la loġiku u lanqas prattiku, biex jagħmel proposti bħal dawn fl-apert. Azzopardi ta żewġ verżjonijiet differenti ta’ dak li qal Ciantar meta ltaqgħu Baystreet:
Verżjoni differenti
Quddiem il-Qorti, qal li Ciantar kien qallu li din kienet “xi logħba” mill-Club. Meta ġie pressat mill-Avukat tad-Difiża dwar x’kien qal quddiem il-Bord tal-MFA, Azzopardi ta verżjoni differenti u qal li Ciantar qallu li “ma kienx se jammetti”.
Meta ġie kkonfrontat dwar il-kunflitt fil-verżjonijiet tiegħu, Azzopardi wieġeb “jista’ jkun, ehe qalili wkoll ehe. Le mhux se ninnega jista’ jkun li qallieli, imma għadda ħafna żmien ma niftakarx eżatt.” Din l-inċertezza u l-varjazzjoni fil-verżjoni tiegħu tagħmel ħsara serja lill-kredibilità tiegħu.
Il-fatt li mhux ċert x’intqal jew kif intqal, speċjalment meta hu l-istess xhud li talab għal din il-laqgħa, ipoġġi dubju serju fuq l-affidabbilità tiegħu. Il-Qorti ma sabitx prova soda li tippermettilha tikkundanna lill-imputat.
Il-verżjoni ta’ Azzopardi kienet l-unika prova diretta li l-prosekuzzjoni ressqet kontra l-imputat. Madankollu, il-Qorti osservat li Azzopardi ma rrappurtax immedjatament l-allegat attentat ta’ korruzzjoni.
L-ewwel tkellem biss ma’ coach wara t-training, u għadda lejl sħiħ qabel semma isem Ciantar. Anke meta tkellem ma’ Steve Abela u Ivan Calleja, ma semmiex isem Ciantar dak il-ħin. Dawn il-fatti jqajmu dubju fuq il-motivazzjonijiet ta’ Azzopardi u fuq kemm l-istorja tiegħu hi konsistenti u spontanja.
Il-Qorti kkritikat bil-qawwa l-mod kif id-diriġenti tal-klabb ħadmu l-każ. Ħolqu ambjent ta’ pressjoni, bi bluff, theddid, u tentattivi biex jistadu lill-players tagħhom stess bil-“gimmicks”. Dan l-ambjent wassal biex l-players jistgħu faċilment jaqgħu f’ċirkustanzi fejn kienu jippruvaw isalvaw posthom billi jikkonfermaw il-verżjonijiet li ried il-klabb.
Il-Qorti laqtet it-teżi tad-difiża li l-allegazzjoni seta’ kienet imqanqla minn biża’ li Azzopardi jitlef postu peress li kien diġà taħt sorveljanza minħabba suspett. Il-Qorti qieset li ma setgħetx tistrieħ fuq ix-xhieda ta’ Azzopardi sal-grad taċ-ċertezza morali meħtieġa biex tinstab ħtija fil-qasam kriminali.
Għaldaqstant, illibberat lill-imputat minn kull akkuża. Il-Qorti ordnat ukoll li kopja tas-sentenza tintbagħat lill-Malta Football Association (MFA) biex, jekk jarawha xierqa, jieħdu azzjoni dwar is-sitwazzjoni u l-imġiba tal-klabb.
Il-Qorti qalet li l-inkonsistenzi tax-xhud Azzopardi kienu determinanti. Il-mod kif il-klabb mexa b’mod dilettantesk u pressjonanti kisser il-kredibilità tal-investigazzjoni interna. Il-fatt li l-unika prova diretta kienet il-verżjoni ta’ Azzopardi, u din kienet imdgħajfa minn dewmien u inkonsistenzi, wassal biex il-Qorti ma setgħetx tagħti sentenza ta’ ħtija.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Wayne Rodney Borg.
//= $special ?>