It-trasferiment li bosta kienu qed jispekulaw dwaru f’dawn l-aħħar ġimgħat issa hu uffiċjali. Geoffrey Acheampong jiżdied mal-lista ta’ plejers li diġa’ akkwistaw b’mod uffiċjali Birkirkara f’din il-kampanja akkwisti tas-sajf.
Wieħed jifhem li klabb bħal Birkirkara, li se jkun wieħed mill-erba’ klabbs Maltin li se jilgħab fil-kompetizzjonijiet Ewropej, qed iħaffu biex jikkonkludu l-aktar trasferimenti importanti fil-bidu ta’ dan l-istaġun, sabiex l-iskwadra ta’ Stefano De Angelix tkun l-aħjar possibli għall-ewwel żewġ partiti tal-ewwel rawnd ta’ kwalifikażzjoni tal-UEFA Ewropa Conference League.
F’dawn l-aħħar tliet staġuni, il-midfielder offensiv mill-Ghana ta’ 28 sena,, Acheampong kellu sehem importanti fis-suċċessi u r-riżultati miksuba minn Sliema Wanderers taħt it-tmexxija tal-kowċ Paul Zammit.
Acheampong kien inġieb f’Malta l-ewwel minn Mosta, f’Jannar tal-2022.
Qabel ma lagħab f’Malta, Acheampong lagħab f’diversi Kampjonati u pajjiżi differenti, fosthom ftit minuti f’Ligue 1, l-ogħla diviżjoni tal-futbol fi Franza ma’ SC Bastia.
Hu lagħab ukoll fl-Istati Uniti u fl-ogħla diviżjoni tal-Ghana.
L-istil ta’ logħba ta’ Acheampong hu li għalkemm ma jiskorjax ammonti kbar ta’ gowls, hu jispikka fl-ammont ta’ assists li jipprovdi fi kwalunkwé skwadra li kien jilgħab magħha.
//= $special ?>