Intemm it-Tour tal-Iżvizzera fejn Joao Albeida għal UAE Team Emirate, fl-aħħar time trial, kien b’saħħtu biżżejjed biex kiseb it-tielet rebħa tiegħu fit-Tour ta’ din is-sena. João Almeida kien segwit minn Kévin Vauquelin għal Arkéa B&B Hotels li temm it-Tour fit-tieni post fil-klassifika ġenerali. Oscar Onley għal Team Picnic PostNL daħal fit-tielet post .
Wara li kellu jikkompeti għal sieħbu Adam Yates is-sena l-oħra, ma kien hemm xejn li din id-darba jwaqqaf lil João Almeida milli jieħu l-ewwel post. Iċ-ċiklist Portugiż kiseb ukoll id-doppjetta Żvizzera b’din ir-rebħa fejn rebaħ it-Tour de Romandie u t-Tour de Suisse fl-istess sena. Kévin Vauquelin, li beda l-istadju bil-flokk isfar, tilef minuta u 40 sekonda mir-rebbieħ fit-time trial fl-aħħar ġurnata, iżda, żamm it-tieni post fuq il-bqija tal-grupp.
Il-prova kontra l-ħin ta’ 10 kilometri minn Beckenried sa Stockhütte. Madankollu, is-sħana ddominat fuq it-taqtiegħa għar-rebħa ġenerali hekk kif Almeida kkonferma l-potenzjal tiegħu. Felix Gall għal Decathlon Ag2r La Mondiale kien l-uniku ċiklist b’ċans li jcaħħad lil Ameida mill-glorja tal-ġurnata. L-Awstrijak stabbilixxa l-iktar ħin proviżorju mgħaġġel iżda ġie megħlub minn Almeida b’25 sekonda.
//= $special ?>