Lokali

“Il-paċi ma tistax tirrenja b’kompromess mal-impunità” – Beppe Fenech Adami

F’diskors quddiem l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, Beppe Fenech Adami, x-Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin, ikkonferma l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista kontra l-aggressjoni li qed issir mir-Russja fuq l-Ukranja.

Fenech Adami enfasizza l-imparzjalità u n-newtralità tal-pajjiż, waqt li tenna l-impenn tiegħu u tal-Partit Nazzjonalista lejn id-diplomazija, filwaqt li kkundanna l-ksur tas-sovranità u tal-liġi internazzjonali li saru matul il-kunflitt mir-Russja.

Dan filwaqt li Beppe Fenech Adami esprima appoġġ għas-sovranità, l-indipendenza, u l-integrità territorjali tal-Ukranja, filwaqt ikkundanna l-atroċitajiet taċ-ċivili, deportazzjonijiet forzati, u tortura sistematika preżenti.

Huwa enfasizza li dawn l-atti jikkostitwixxu ksur ċar tad-drittijiet tal-bniedem u jħassru l-ordni, bbażata fuq ir-regoli internazzjonali.

Hu għalaq billi qal li l-Partit Nazzjonalista kien konsistenti fil-kundanna tiegħu għall-gwerra llegali u inġustifikata fl-Ukrajna. Filwaqt li pressa l-ħtieġa għal responsabbiltà u ġustizzja mill-Qorti Kriminali Internazzjonali. U kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ sanzjonijiet fejn ikun xieraq. Beppe Fenech Adami qal li l-paċi ma tistax tirrenja b’kompromess mal-impunità, imma fuq il-ġustizzja u l-applikazzjoni tal-liġi internazzjonali.