Alvaro Vitali, li ħadem diversi films komiċi fis-snin sebgħin u tmenin u li jibqa’ magħruf l-aktar għar-rwol ta’ ‘Pierino’ f’diversi produzzjonijiet għaċ-ċinema Taljana, miet f’Ruma, fl-età ta’ 75 sena.
Fil-fatt, Vitali ilu s-snin bħala ikona taċ-ċinema Taljana u meta ħadem xejn anqas minn 150 film tul karriera twila. Filwaqt li wħud setgħu rawh bħala ‘wisq marbut’ mal-karattru ta’ Pierino – l-‘imqareb’ b’daħka inimitabbli – f’diversi produzzjonijiet, Vitali, bla dubju, ħalla impatt permanenti fil-produzzjonijiet li proġettaw l-umoriżmu tipiku tal-era li fiha kien sar famuż.
L-attur ħadem diversi films ma’ atturi wkoll sinonimi mas-snin sebgħin u tmenin bħal Edwige Fenech, Barbara Bouchet, Lili Carati, Gloria Guida, Mario Carotenuto, Renzo Montagnani u Monica Vitti – kollha ismijiet magħrufin ħafna fil-ġeneru tas-‘sexy comedies’ fi stil Taljan.
Kien proprju d-direttur leġġendarju Federico Fellini li skopra lil Vitali waqt ‘audition’ fl-1969 u minn dakinhar l-attur qatt ma ħares lura – tant li sar wieħed mill-aktar personalitajiet ċinematografiċi magħrufa fl-Italja u ‘l hinn minnha,
Il-films li jibqa’ magħruf l-aktar għalihom (fil-maġġoranza bħala ‘Pierino) huma Pierino Torna a Scuola, Pierino Colpisce Ancora, La Poliziotta a New York, La Segretaria Privata di Mio Padre, Effetti Indesiderati, Buon Lavoro u Se Lo Fai Sono Guai.
//= $special ?>