L-Isptar Monte Karmeli mhux vera li se jingħalaq. Dan saħqu Andrew Azzopardi hekk kif spjega li dan l-Isptar se jkun qed jibqa’ miftuħ u se jżomm fih każijiet meqjusin bħala long-term.
Azzopardi saħaq li l-wegħda li se jingħalaq dan l-isptar għall-problemi ta’ saħħa mentali issa ilha għaddejja sena wara oħra – sptar li fl-aħħar snin ċertament mhux wieħed li jista’ jaqdi s-servizzi meħtieġa kemm lill-pazjenti kif ukoll lill-ħaddiema.
Azzopardi spjega li se tkun qiegħda tinfetaħ sala fl-Isptar Mater Dei għall-każijiet akuti madanakollu din żgur mhux se tkun qed tiġi mnedija 3 snin oħra.
Aktar minn sena ilu l-Ministru Jo Etienne Abela saħaq li l-Gvern kien se jikkonverti dan l-isptar f’dar tax-xjuħ u li kien se jibdilha fit-tieni San Vinċenz de Paule.
Saħansitra lura f’Mejju tal-2024 il-Gvern nieda pjan ta’ 4 snin sabiex jagħlaq l-Isptar Monte Karmeli madanakollu ma hemm assolutament xejn minn dan għaliex l-isptar se jibqa’ miftuħ.
//= $special ?>