Sport

Sliema Beach Soccer jagħtu l-ewwel telfa lil Ħamrun SC

Sliema taw l-ewwel telfa liċ-champions Ħamrun SC wara li rebħulhom 4-3 f’logħba ferm interessanti mill-kampjonat nazzjonali tal-Beach Soccer.

Il-logħba kienet waħda movimentata bis-Slimiżi, li iżda kienu determinati li jpattu għat-telfa ta’ 6-3 li sofrew fl-ewwel round kontra l-istess avversarji.

F’loghba oħra, La Playa de Arena xejn ma sabuha faċli sabiex għelbu lil WA Agency 3-2 . Huma fil-fatt kellhom imorru għall-ħin barrani sabiex rebħu din il-logħba kontra avversarji ferm diffiċli.

Daryl Micallef poġġa lil La Playa de Arena minn fuq sabiex Wissam Bensaidi ġab id-draw għal WA Agency. Dawn tal-aħħar marru minn fuq permezz ta’ Ali Abdelkadir għalkemm Ryan Dalli ġab l-iskor indaqs lejn l-aħħar.

Fil-ħin barrani, kien Daryl Micallef li ta l-punti massimi lil La Playa de Arena.

Finalment Ħamrun ingħataw rebħa walk-over kontra WA Agency.

Din il-ġimgħa jintlagħbu l-aħħar logħbiet tat-tieni round qabel il-play-offs hekk kif nhar it-Tnejn fis-6.30pm WA Agency jaffaċċjaw lil Sliema Beach Soccer filwaqt li fit-8pm, La Playa de Arena għal darb’oħra jiltaqgħu kontra Ħamrun Beach Soccer.