Lokali Parlament

169 pazjent jistennew intervent fil-kirurġija plastika aktar miż-żmien stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent

Hemm total ta’ 169 pazjent li ilhom jistennew intervent fil-kirurġija plastika u ilhom jistennew aktar miż-żmien stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent.

Din il-lista ta’ stennija kkonfermaha fil-Parlament il-Ministru Jo Etienne Abela meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia.

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva qal ukoll fil-Parlament li jkun hemm diversi raġunijiet għala dan jiġri u li kull każ urġenti jsir fl-iqsar żmien possibbli.