Futbol Sport

Chelsea javvanzaw għall-fażi li jmiss permezz tat-tieni post

Esperance………………0

Chelsea………………….3

Esperance: B. Ben Said, M. Ben Ali, Y. Meriah, M. Tougai, A. Ben Hmida, E. Mokwana (M. Wael Derbali 46’), O. Ogbelu, K. Guenichi (R. Bouchniba 72’), A. Konate (H. Tka 83’), Y. Sasse (C. Jebali 83’), A. Jabri (R. Rodrigues 56’)

Chelsea: F. Jorgensen, J. Acheampong, T. Adarabioyo, B. Badiashile, M. Gusto (M. Sarr 82’), R. Lavia (D. Essugo 59’), E. Fernandez (A. Santos 67’), K. Dewsbury-Hall, C. Nkunku, N. Madueke (T. George 67’), L. Delap (M. Guiu 59’)

Referee: Yael Perez (Arġentina)

Chelsea avvanzaw għall-fażi li jmiss tat-Tazza tad-Dinja tal-klabbs permezz tat-tieni post meta għelbu lil Esperance 3-0. Chelsea prattikament għalqu l-partita fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem l-ewwel taqsima meta skorjaw darbtejn permezz ta’ Tosin Adarabioyo u Liam Delap.

Fit-tieni taqsima l-andament kien wieħed pjuttost kajman bit-tielet gowl jasal fl-aħħar sekondi tal-partita permezz tas-sostitut Tyrique George.