Lokali

Christine Haber tirritorna fuq Net TV għax-xhur tas-sajf

L-iskeda l-ġdida għax-xhur tas-sajf

IL-FINALISTI se jkun l-isem ta’ programm ġdid fuq Net Television.

F’dan il-programm, Christine Haber ser tlaqqagħna mal-finalisti tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2025. U għalhekk, dan se jkun ir-ritorn ta’ Christine Haber fuq dan l-istazzjon wara diversi produzzjonijiet li mexxiet fis-snin passati.

Kull ġimgħa ser insiru nafu iktar mill-qrib lill-kantanti, l-awturi u l-kompożituri sabiex niskopru l-istejjer wara l-ħolqien ta’ kull kanzunetta.

Il-programm se jinkludi intervisti esklussivi, logħob u xi ċajta żgur ma tonqosx.

Jekk tħobb il-mużika Maltija u tapprezza l-kontribut ta’ dawn l-artisti Maltin, segwu IL-FINALIST– kull nhar ta’ Ħamis fit-8:30pm fuq Net Television.