Ġiet imnedija konsultazzjoni pubblika dwar l-abbuż tal-alkaħol li se tibqa miftuħha sal-aħħar ta’ Lulju. Dan hekk kif riżultati nazzjonali u internazzjonali juru żieda għolja fil-konsum tal-alkoħol fin-nisa u ż-żgħażagħ. Bl-għan prinċipali ta’ din il-politika tkun li tnaqqas il-ħsarat li jirriżultaw mill-konsum tal-alkoħol.’
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-kampus tal-Universita ta’ Malta fil-Belt Valletta, ġiet ippreżentata statistika minn Richard Muscat li wriet li l-irġiel bejn 20 u 40 sena huma l-iktar vulnerabbli għall-mewt attribwit mal-konsum tal-alkoħol. Intqal ukoll minn kuntest internazzjonali li bejn wieħed u ieħor, 25% tal-imwiet totali huma konsegwenza tal-konsum tal-alkoħol.
Fl-aħħar tal-konferenza tal-aħbarijiet, intweriet ukoll xewqa li jkun hemm bidla kulturali flimkien ma’ nuqqas ta’ tolleranza lejn il-konsum tal-alkoħol.
//= $special ?>