Ħabta bejn mutur u karozza seħħet dalgħodu fi Triq il-Kappillan Mifsud, il-Ħamrun, li fiha weġġa’ raġel ta’ 54 sena residenti l-Belt Valletta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am meta mutur tat-tip Alscol, misjuq mir-raġel, għal xi raġuni għadu mhux magħruf, kien involut f’ħabta ma’ karozza tat-tip Peugeot li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 21 sena residenti Ħ’Attard.
Fuq il-post issejħet ambulanza, u tim mediku ta’ emerġenza ta l-ewwel għajnuna lir-raġel tal-mutur.
Il-Pulizija kienu fuq il-post biex jinvestigaw iċ-ċirkostanzi eżatti tal-inċident, filwaqt li infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa.
It-triq kienet temporanjament magħluqa għat-traffiku sakemm intemmu l-investigazzjonijiet preliminari u tneħħew il-vetturi mill-post.
//= $special ?>