Sport

Ħames rebbieħa fit-tournament ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2025 tal-Blackball

Il-Malta Blackball Federation organizzat it-tieni tournament ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2025 li se jsir fl-Irlanda aktar tard din is-sena. Intlagħbu ħames finali li minnhom ħarġu wkoll ir-rebbieħa li ngħataw id-dritt li jilagħbu mat-tim nazzjonali Malti.

L-iktar finali mistennija kienet dik tal-irġiel bejn Miguel Amato u Dejan Grech, b’tal-ewwel li rebaħ 10-7. Amato kien konsistenti tul il-logħba kollha minkejja li Grech ipprova jibqa’ wara l-avversarju tiegħu.

Fil-finali ta’ taħt it-23 sena, Chaylon Castaldi għeleb lil Nordai Desira 9-6 filwaqt li fis-Seniors 40+ Stephen Mangion xejn ma sabha faċli sabiex rebaħ 10-9 kontra Joseph Tabone.

Fl-Under 15 Final, kienet battalja missielta bejn Nick Muscat and Dielyn Edwards, b’Muscat jirbaħ 9-8.

Fil-Grandmasters ta’ ‘l fuq minn 60 sena, Marcel Micallef għeleb lil Manuel Saliba 8-5.