Lokali Parlament

Id-deċiżjonijiet tal-Ombudsman għandhom ikunu implimentati

David Agius, PN

Id-Deputat Nazzjonalista David Agius sostna fl-aġġornament tal-Parlament li d-deċiżjonijiet tal-Ombudsman għandhom ikunu mplimentati.

David Agius tkellem dwar l-importanza li d-deċiżjonijiet tal-Ombudsman ikunu rispettati u mhux injorati. Hu ppropona li jitwaqqaf kumitat parlamentari biex jitratta l-każi li jiddeċiedi l-Ombudmsan. L-awtoritajiet li ma jirrispettawx dawn id-deċiżjonijiet għandhom jitressqu quddiem il-Parlament. Hu ppropona wkoll li ċ-ċittadini jkollhom id-dritt li jieħdu azzjoni quddiem diskorsi li jsiru fil-Parlament minn deputati u hemm ukoll regoli oħra tal-Parlament li għandhom ikunu rranġati.

David Agius poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra dokument dwar l-ewtanasja mitkub minn 134 professur u akkademiku li taw rakkomdazzjonijiet dwar il-kura paljattiva. Jirriżulta li 10% biss tal-kura paljattiva teżisti fil-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista, tkellem ukoll dwar l-isport u faħħar lill-isportivi Maltin li ħadu sehem fil-Logħob tal-Pajiżi ż-Żgħar. Issa seħħet ukoll il-promozzjoni storika tat-tim nazzjonali tar-rugby li kiseb promozzjoni għat-tieni kategorija tar-rugby Ewopew. Dan seħħ ukoll fil-waterpolo.

Hu semma’ wkoll l-isport tal-boċċi u qal li l-Federazzjoni tal-Boċċi m’għandhiex post fejn tiltaqa’ waqt li l-futsal m’għandhomx post adattat fejn jilagħbu. Il-PN qed jiddikjara li jsir boċċi drone u anke għall-futsal.

Jeħtieġ li fl-iskejjel ikun hemm 10 minuti ta’ edukazzjoni fiżika kuljum u li jkun hemm taħriġ tal-coaches. Jeħtieġ ukoll li Ta’ Qali, l-Marsa u l-Università jsiru villaġġi sportivi. It-trakka u l-ground tal-football fl-Università huma fi stat diżastruż, sostna David Agius.

Huwa kompla li l-isport u l-edukazzjoni jgħinu wkoll ħafna żgħażagħ joħorġu mill-problema tad-droga.