In-negozjati b’rabta mal-bejgħ tal-bank HSBC qed ikompli jaffaċċja d-diffikultajiet dan hekk kif il-kumpanija RS2 neħħiet l-offerta tagħha – kumpanija li kienet minn ta’ quddiem biex takkwista dan il-bank.
Dan ġie żvelat fil-ġurnal tat-Times of Malta hekk kif għadhom għaddejjin in-negozjati bil-għan li jinbiegħ il-bank HSBC bin-negozjati issa ilhom għaddejjin għal tul ta’ żmien.
Il-kumpanija RS2 għamlet offerta għal dan il-bank f’April li għadda filwaqt li saħqet li se terġa tagħti l-ħajja lil Mid Med Bank b’dan l-akkwist.
Ingħad li RS2 ingħaqdet ma’ bank ieħor sabiex tiffinanzja l-offerta fejn l-ammont kien aktar minn dak li qed titlob l-HSBC li jfisser li l-offerta qabżet il-€200 miljun. Infatti b’din is-somma l-HSBC Continental Europe xtara lura l-fergħa tal-HSBC f’Londra f’Novembru tal-2022.
Hekk kif komplew għaddejjin in-negozjati, l-HSBC żidet b’mod sinifikanti l-offerta b’riżultat li l-kumpanija RS2 waqfet in-negozjati.
Jidher li preżentament hemm żewġ kumpaniji oħra li huma interessati fl-akkwist tal-HSBC f’pajjiżna iżda jidher li dawn il-kumpaniji qed jaffaċċjaw numru ta’ diffikultajiet bl-offerti tagħhom ikunu ferm inqas minn €200 miljun.
Jidher li kaġun ta’ dawn l-offerti baxxi qam tħassib kbir fuq is-saħħa finanzjarja ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji. Dan filwaqt li waħda mill-kumpaniji għandha problemi sinifikanti fir-reputazzjoni tagħha.
Għaldaqstant, il-bank Ungeriż OTP u APS Bank ukoll kienu wrew interess li jakkwistaw l-HSBC bl-APS kien għamel offerta formali iżda spiċċaw waqqfu n-negozjati. Huwa mifhum li dawn iż-żewġ banek ma komplewx bin-negozjati għaliex l-awtoritajiet kienu wrew tħassib kbir.
Intant, dan kollu jfisser li n-negozjati b’rabta mal-bejgħ tal-HSBC se jkompli jesperjenza dewmien kbir u għadu mhuwiex ċar x’impatt ħa jkollu dan id-dewmien fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna.
//= $special ?>