Is-sewwieqa tal-karting Jessica Calleja ħadet sehem fir-ROK Cup 5 ‘Notturna’ fis-South Garda Karting Track fl-Italja, is-Sibt li għadda, f’tellieqa kontinwa ta’ 12-il siegħa li tibqa’ għadejja sal-lejla. Sfida iebsa għall-kwalunkwe sewwieq.
Din it-tellieqa kienet differenti għal Calleja, peress li tinfirex fuq ġurnata u lejl; għalhekk, billi tkun għaddejja għal 12-il siegħa, wieħed jista’ jgħid li hemm element divertenti bit-tlielaq bil-lejl taħt id-dwal. Calleja żammet pass tajjeb; għalkemm ma kisbitx ir-riżultati mixtieqa, hija kisbet il-25 pożizzjoni.
Minkejja ħabta fl-ewwel Heat, ir-reżiljenza ta’ Jessica Calleja spikkat. Hija tilfet pożizzjoni u sofriet xi ħsara fil-kart; madankollu, ma ħallietx dan iwaqqafha. Hija baqgħet determinata li tilħaq il-grupp ta’ quddiem, terġa’ tikseb il-pozizzjoni mitlufa, u spiċċat fit-22 pożizzjoni, pożizzjoni li żammet ukoll matul it-tieni Heat.
It-tieni kantuniera tal-Heat 3 kienet iddominata minn ħabta, li rriżultat fil-bandiera safra li ntweriet għal ftit dawriet. Imbagħad, bandiera ħadra li ġiet segwita minn xita qalila, bit-tlielaq ikompli fuq tajers slick. L-imprevedibbiltà tat-tellieqa għamlitha diffiċli biex tibqa’ jew tavvanza pozizjonijiet. Sfortunatament, tliet dawriet qabel it-tmiem, Jessica momentarjament tilfet il-kontrol u spiċċat fit-22 post.
Wara t-tellieqa, Jessica Calleja ħadet mument biex tesprimi l-gratitudni tagħha. Hija rringrazzjat lil Di Pietro Racing, GP Racing Karts, il-mekkanik tagħha, Gennaro Coone, u l-kowċ tagħha, Alberto Bernardi, għall-gwida u l-appoġġ sod tagħhom.
//= $special ?>