Matul dan is-sajf, it-telespettaturi ta’ Net Television se jaraw żewġ uċuħ li se jingħaqdu flimkien għall-ewwel darba fuq dan l-istazzjon; id-duo ta’ Josline u Marvic, li fl-aħħar xhur kisbu popolarità kbira mal-Maltin u l-Għawdxin. U issa, se jkunu magħna bi programm li għandu mhux biss laqta sajfija, iżda fuq kollox togħma lokali.
Dan il-programm se jkun qed jieħu lit-telespettaturi fi vjaġġ mill-qalba tar-raħal, għal qabża fil-baħar… mill-karattru tal-pjazza, għal ikliet man-nies… minn dak li jiġri max-xatt, għall-karattri uniċi li nsibu f’kull lokalità.
Il-programm se jkun qed jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa filgħaxija fuq Net TV, u se jkun qed jitfa’ lenti fuq dak kollu li jagħmilna Maltin. Dan apparti li jiftaħ tieqa fuq l-arkitettura, il-binjiet fil-qalba tar-raħal, it-tradizzjonijiet, u l-apprezzament lejn dak kollu li jsawwarna bħala poplu.
Dan kollu se jitwassal b’laqta kemxejn differenti, bl-element umoristiku ta’ Josline u Marvic ma jonqosx.
Il-programm qed jittella’ bl-assistenza ta’ Gail Mallia u bis-sehem tal-crew ta’ Net TV, li se jkun qed idur minn lokalità għal oħra – inkluż f’Għawdex!
//= $special ?>