L-Ingilterra saru l-ewwel tim li kkwalifikaw għall-finali tal-UEFA EURO U21, segwiti mill-Ġermanja.
L-Ingliżi għelbu lil Olanda 2-1 . L-iskor wara l-ewwel 45 minuta jibqa’ 0-0, li tkun indikazzjoni ċara ta’ kemm tkun bilanċjata l-partita bejn iż-żewġ timijiet.
Il-midfielder ta’ Liverpool skorja l-gowl li fetaħ l-iskor fit-62 minuta minn pass tajjeb tal-midfielder ta’ ’Nottingham Forest Elliot Anderson. Elliot sab ix-xibka b’xutt potenti.
Noah Hio jirnexxielu jillivela l-iskor 10 minuti wara għall-Olanda permezz ta’ żball tad-difensur Charlie Cresswell u rnexxielu jaqbad lill-goalkeeper James Beadle arra mill-linja b’xutt baxx minn 30 metru ‘l bogħod.
Harvey Elliot jerġa jkun l-protagnista din id-darba fit-85 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa li jikkwalifika lill-Ingliżi għall-finali.L-Ingilterra rebħu din il-kompetizzjoni għall-ewwel darba fl-2023.
Fil-finali huma se jaffrontaw lil Ġermanja, li sabuha faċli jegħlbu lil Franza bl-iskor ta’ 2-0.
Żewġ gowls fl-ewwel kwarta logħob ikunu strumentali fir-rebħa Ġermaniża, bl-ewwel ikun Nelson Weiper wara 8 minuti li jiskorja, segwit minn gowl taż-żgħażugġ Nick Woltemade fl-14-il minuta.
Fit-93 minuta l-Ġermanja ssiġillaw ir-rebħa b’gowl ta’ Gruda.
//= $special ?>