Birkirkara komplew iżidu mal-lista ta’ plejers ġodda għall-istaġun 2025/26 meta ħabbru l-akkwist tal-Arġentin ta’ 29 sena, Marcos Maydana.
Il-plejer versatili, b’esperjenza kbira fil-futbol Taljan, kapaċi jilgħab f’diversi rwoli f’nofs il-grawnd, inkluż amke bħala attakkant. F’Novembru tal-2021, Maydana kien beda’ l-avventura tiegħu fl-Italja, fid-diviżjonijiet inferjuri, bl-ewwel klabb tiegħu kien Nereto.
Aktar qabel, Maydana lagħab ukoll ma’ għal staġun wieħed, fit-Tieni Diviżjoni Belġjana ma’ FC Seraing. Sintendi hu kien beda’ l-karriera tiegħu bħala plejer fl-Arġentina, mal-klabb tal-Primera Nacional, Club Atletico Patronat.
F’dawn l-aħħar snin, kemm ilu jilgħab fl-Italja, Maydana lagħab ma’ Mariglianese, S.Maria Cilento, Termoli u aktar riċenti ma’ Gela.
Interessanti l-fatt li Maydana m’huwiex l-ewwel Arġentin fl-iskwadra ta’ Stefano De Angelis. Hu jingħaqad ma’ Arġentini oħra li jiffurmaw diġa’ parti mit-tim tal-Istripes. Dawn huma Maanuel Morello, Leandro Lacunza u Pablo Gaitan.
//= $special ?>