Internazzjonali

Netanyahu jiddikjara rebħa storika fuq l-Iran, iżda l-Istati Uniti jitfgħu dubji

Hekk kif waqfien mill-ġlied bejn l-Iżrael u l-Iran daħal fis-seħħ nhar it-Tlieta, il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu ħabbar dak li sejjaħ “rebħa storika”, u sostna li l-attakki fuq siti militari u nukleari Iranjani kienu ta’ impatt kbir.

Iżda ftit sigħat wara, rapport tal-intelliġenza Amerikana xerred dubji dwar dan; skont l-istess rapport, l-infrastruttura nukleari tal-Iran ġarrbet ħsarat żgħar biss, u dan is-sit nukleari mistenni jerġa’ jibda jopera fi żmien xhur.

Dan wassal lill-President Amerikan Donald Trump biex jikkritika l-istess aġenziji tal-intelliġenza tiegħu, u kompla jinsisti li l-attakki tiegħu kienu “katastrofiċi” għall-Iran.